Friday, March 6, 2026

Veterani: MFPA u Floriana jkomplu jirbħu

Aqra wkoll

MFPA u Floriana komplew għaddejjin bit-triq tar-rebħ hekk kif għelbu lill-avversarji rispettivi tagħhom sabiex baqgħu jissieltu għar-rebħ tal-VMFA Malta Premier League.

Il-Malta Football Players Association qed igawdu punt vantaġġ fuq l-istess Floriana wara li għelbu lil Birkirkara St Helen’s 8-3.

George Frendo spikka għal MFPA bi tliet gowls filwaqt li Stanimir Miloskovic u Mark Zammit skorjaw doppjetta kull wieħed. Branko Nisevic ukoll niżżel ismu fost l-iskorers.

Mark Gauci, Malcolm Camilleri u Jean Pierre Mifsud Triganza skorjaw il-gowls ta’ Birkirkara.

Referee kien Paul Apap.

Floriana xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil Luxol 8-6.

Luxol taw qalbhom tul il-partita u baqgħu wara l-avversarji tagħhom għalkemm b’xorti ħażina għalihom ma ħadu l-ebda punt minn dan il-konfront.

Ryan Darmanin u Bojan Kaljevic skorjaw tliet gowls kull wieħed filwaqt li Manolito Micallef kellu doppjetta f’ismu.

Luxol kellhom lil Glenn Bonello awtur ta’ doppjetta filwaqt li Alan Tabone, Gary Inguanez, Karl Sacco u awtogowl ta’ Mano Micallef komplew inaqqsu l-iskor għalihom.

Referee kien Lorry Sammut.

Iċ-champions Gżira United għelbu lil Żurrieq Wolves 2-1.

Romeu Romao u Ian Zammit skorjaw iż-żewġ gowls tal-Maroons filwaqt li Mario Camilleri naqqas il-marġni tal-iskor għaż-Żrieraq.

Referee kien Lorry Sammut.

F’logħba mimlija gowls, Rabat Veterans komplew jikkonfermaw il-mument pożittiv tagħhom wara skor ta’ 14-4 kontra Hibernians.

Adam Smeir skorja ħames gowls, Timothy Zammit kellu erba’ gowls f’ismu filwaqt li Daniel Cremona wettaq tripletta. Min-naħa l-oħra, Andre Scicluna sab ix-xibka darbtejn.

Referee kien Paul Apap.

KLASSIFIKA – VETERANS MALTA PREMIER LEAGUE

MFPA 25, Floriana 24, Gżira United 19, Luxol 15, Rabat 12, Hibernians 10, Birkirkara St Helen’s 7, Żurrieq Wolves 6.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport