Friday, November 28, 2025

Veterani: MFPA u Luxol b’punti massimi

Aqra wkoll

MFPA u Luxol jinsabu fl-ewwel post b’punti massimi fil-Veterans Malta FA Premier League meta rebħu t-tieni logħba konsekuttiva tagħhom.

Il-Malta Football Players Association għelbu lil Żurrieq Wolves 9-3 f’logħba li ddominaw mill-bidu sal-aħħar.

George Frendo spikka għal MFPA meta skorja tliet gowls filwaqt li Mark Zammit u Jonathan Bondin skorjaw doppjetta kull wieħed. Branko Nisevic u Alexander Ribic niżżlu wkoll isimhom fost l-iskorers.

Għal Żurrieq skorjaw doppjetta Giuseppe Muscat u gowl ieħor ta’ Bjorn Bondin.

Referee kien Paul Apap.

Luxol St Andrew’s għelbu lil Hibernians 7-1.

L-iskorer prolifiku Glenn Bonello kien awtur ta’ tripletta filwaqt li Gary Inguanez skorja doppjetta. Leighton Grech u Dylan Musu issiġġillaw ir-riżultat favur it-tim minn St Andrew’s.

Beppe Antignolo skorja l-uniku gowl għal Hibernians.

Referee kien Onur Arslan.

Floriana għelbu lil Rabat Veterans 3-0.

Il-Greens skorjaw il-gowls tagħhom minn doppjetta ta’ Bojan Kaljevic u gowl ieħor ta’ Ryan Darmanin.

Referee kien Onur Arslan.

Mill-banda l-oħra, anke Gżira United Veterans rebħu bl-iskor identiku ta’ 3-0 kontra Birkirkara St Helen’s.

Referee kien Paul Apap.

KLASSIFIKA – Veterans Malta FA Premier League

MFPA, Luxol 6, Floriana, Gżira, Żurrieq Wolves, Hibernians 3, Birkirkara St Helen’s, Rabat Veterans 0

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport