Żurrieq Wolves kisbu r-raba’ rebħa staġjonali wara li għelbu lil Hibernians Veterans 9-4. Kienet logħba kollettiva għall-Wolves li ħadu ċ-ċansijiet li ġewhom bl-avversarji Pawlisti li f’xi mumenti ġew sorpriżi.
Alexander Muscat kien il-protagonista għal Żurrieq meta skorja erba’ gowls filwaqt li Mario Camilleri żied żewġ gowls oħra għat-tim tiegħu. Bjorn Bondin, Jonathan Pearson u Kevin Vella taw il-kontribut tagħhom b’gowl kull wieħed.
Hibernians naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Dylan Mercieca, Daniel Fodermayer, Luke Satariano u Clayton Micallef.
Din ir-rebħa kienet ukoll importanti għal Żurrieq Wolves għax qabżu lill-istess Hibernians fil-klassifika.
Referee kien Thomas Debono.
KLASSIFIKA – MALTA VETERANS PREMIER LEAGUE
MFPA 31, Floriana FC 30, Gzira United FC 19, Luxol St. Andrews 18, Rabat Veterans 16, Zurrieq Wolves FC 12, Hibernians FC Veterans 10, Birkirkara St. Helen 8

