Saturday, February 7, 2026

Veterans: Floriana jaħsdu lil-leaders MFPA

Aqra wkoll

Floriana ħasdu lil MFPA u rebħulhom 11-5 fis-seba’ ġurnata tal-Malta Veterans Premier League.

Il-Furjaniżi ħarġu motivati li jiksbu t-tliet punti minn din il-partita u mal-ewwel stabilixxew vantaġġ tajjeb fejn minkejja r-reazzjoni tal-Malta Football Players Association, xorta kisbu l-objettivi tagħhom.

Bojan Kaljevic, Diego Fernando Pereira u Firas Aboulezz skorjaw tliet gowls kull wieħed filwaqt li Ryan Darmanin skorja doppjetta personali.

MFPA skorjaw permezz ta’ Stanimir Miloskovic, Mark Zammit, Alexander Marinkovic, Alexander Ribic u Carlo Mamo.

Minkejja t-telfa, MFPA baqgħu jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika għalkemm issa Floriana jinsabu biss punt warajhom.

Referee kien Paul Apap.

Gżira United Veterans resqu viċin it-timijiet ta’ fuq b’rebħa ta’ 6-5 kontra Luxol St Andrew’s.

Ma kinitx logħba faċli għall-Maroons bit-tim minn St Andrew’s li ta logħba kbira u kienu sfortunati li ħarġu bit-telf minn din il-partita.

Kurt Magro irritorna bil-kbir għal Gżira meta skorja tripletta filwaqt li Sebastian Nayar, Romeu Romao u Ian Zammit komplew żiedu l-iskor għat-tim tagħhom.

Emerson Amaira skorja doppjetta filwaqt li Gary Inguanez, Karl Sacco u Glenn Bonello wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Referee kien Igor Kankaras.

Birkirkara St Helen’s irritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil Hibernians 5-3.

Federico Marine u Christian Caruana skorjaw doppjetta kull wieħed b’Daniel Scerri li wkoll sab ix-xibka għal Birkirkara.

Hibs kellhom lil Dylan Mercieca jiskorja doppjetta bi Clayton Micallef Vassallo li skorja gowl ieħor.

Referee kien Igor Kankaras.

Rabat Veterans ixxalaw u għelbu lil Żurrieq Wolves 7-0.

Kif jindika l-iskor, Rabat Veterans iddominaw din il-partita mill-bidu sal-aħħar. Adam Smeir spikka għar-Rabtin meta kien awtur ta’ tripletta filwaqt li Andre Scicluna irreġistra doppjetta. Luke Portelli u Andy Mangion komplew mar-rebħa Rabtija.

Referee kien Paul Apap.

KLASSIFIKA – MALTA VETERANS PREMIER LEAGUE

MFPA 16, Floriana 15, Gżira United 13, Luxol St Andrew’s 12, Hibernians 10, Birkirkara St Helen’s 7, Rabat Veterans 6, Żurrieq Wolves 3.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport