Vettura Peugeot 106 ħadet in-nar, aktar kmieni llum għall-ħabta tas-1:30 p.m., fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu fit-tifi tan-nar. Is-sitwazzjoni kienet ikkontrollata ftit tal-ħin wara.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ dan is-sit li ma ndarbet l-ebda persuna f’dan l-inċident.
S’issa għadu mhux magħruf jekk il-vettura kinitx qed tinstaq u x’wassal sabiex ħadet in-nar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej …