L-attakkant internazzjonali Niġerjan ta’ Napoli, Victor Osimhen, ingħaqad mal-club Tork ta’ Galatasaray b’self għal dan l-istaġun.
Dan it-trasferiment sar wara li l-playerta’ 25 sena ġie “ffriżat” u tneħħa mill-iskwadra tal-Partenopei wara li t-taħditiet ma’ Chelsea u Al-Ittihad sfaxxaw fix-xejn hekk kif is-suq tat-trasferimenti fl-Ewropa ġie fi tmiemu fit-30 ta’ Awwissu.
Madankollu, is-suq tat-trasferimenti fit-Turkija jagħlaq fl-aħħar ta’ dan ix-xahar u għaldaqstant Napoli setgħu jinnegozjaw lil dan il-player li ma jinsabx fil-pjani tal-coach, Antonio Conte.
Il-pjan ta’ Napoli fi tmiem l-istaġun huwa li jbiegħu lil Osimhen minkejja li għandhom l-għażla li jġeddulu l-kuntratt sal-2027.
Peró, it-talba tagħhom tinżel minn €130 miljun għal €60-€70 miljun.