Saturday, September 14, 2024

Victor Osimhen segwit minn Chelsea

Aqra wkoll

Chelsea se jippruvaw jagħmlu minn kollox biex f’Jannar li ġej jiksbu l-firma tal-attakkant internazzjonali Niġerjan Victor Osimhen. Dan tal-aħħar jinsab ma’ Napoli għalkemm ma tantx jidher kuntent bl-ambjent il-ġdid li ħoloq il-kowċ Rudi Garcia fejn fil-fatt diġa’ kellu xi jgħid miegħu.

Chelsea qed ifittxu li jsaħħu l-attakk tagħhom wara bidu mhux daqstant tajjeb fejn tilfu ħafna punti u fejn il-kowċ Mauricio Pochettino qed iderri s-sistema liż-żgħażagħ il-ġodda fi ħdan il-Blues.

Alternattiva għal Osimhen jista’ jkun Ivan Toney li wkoll qed jissemma’ mal-Blues.

Ekonomija

Sport