Il-mira prinċipali ta’ Juventus għad-dipartiment offensiv huwa Victor Osimhen, iżda t-taħditiet ma’ Napoli jibqgħu diffiċli minħabba t-talba ta’ madwar €80 miljun. Minkejja dan, id-diriġenza bianconera qed tagħmel tentattivi ġodda biex tilħaq ftehim mal-attakkant Niġerjan.
Bħala alternattiva, Juventus qed issegwi Emanuel Emegha ta’ Strasbourg, attakkant Olandiż żagħżugħ, li twieled fis-sena 2003 u li joffri potenzjal u kwalitajiet tekniċi interessanti.
I Bianconeri jridu jinvestu f’isem kbir u eventwalment itejbu s-settur tal-attakk li fl-istaġun li għadda mhux li tant ħadem sew.