Saturday, December 14, 2024

Viktor Dragomanski jitpoġġa taħt att ta’ akkuża dwar il-qtil doppju f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Raġel ieħor tpoġġa taħt att ta’ akkuża b’rabta mal-qtil ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski. Il-koppja kienu nqatlu fl-appartament tagħhom fi Triq Locker f’Tas-Sliema f’Awwissu 2020. 

Viktor Dragomanski mill-Maċedonja qed jaffaċċja erba’ kapi ta’ akkuża li jinkludu kompliċità fil-qtil, serq aggravat, użu llegali ta’ pjanċi ta’ vettura u li ddispona minn proprjetà misruqa.

Dragomanski, li għandu jidher għalih l-Avukat Franco Debono, qed jiċħad l-akkużi miġjuba kontra tiegħu.

Il-ġimgħa li għaddiet, l-Albaniż Daniel Muka wkoll tpoġġa taħt att ta’ akkuża b’rabta mal-qtil ta’ Pandolfino u Maciejowski.

Ekonomija

Sport