Il-ħolma tal-Juventus għall-attakk huwa Viktor Gyökeres. Minkejja hemm konkorrenza qawwija, b’Al-Hilal l-aktar tim li hu favorit għalih u li lest jinvisti ħafna flus biex jagħti lil Simone Inzaghi tim b’livell għoli.
Gyökeres, 27 sena, huwa l-għażla tal-Juve, iżda Sporting Lisbon talbu madwar €70 miljun għalih. Fl-istaġun li għadda, il-plejer internazzjonali Żvediż skorja 54 gowl, inkluż 6 fil-UEFA Champions League, inkluża tripletta kontra Manchester City.