Vince Zampella, wieħed mill-kbarat tal-industrija tal-logħob wara s-suċċess kbir Call of Duty miet il-Ħadd li għadda f’inċident tat-traffiku fuq Angeles Crest Highway ħdejn Los Angeles. Jirriżulta huwa tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla Ferrari, b’konsegwenza li ħabat ma’ ħajt u mal-impatt l-karozza ħadet in-nar
Dan kien ikkonfermat mill-Pulizija ta’ Kalifornja. Jirriżulta li l-passiġġier li kien fl-istess ma’ Zampella inħareġ mill-karozza u ttieħed l-Isptar, fejn aktar tard tilef ħajtu. Sa issa l-awtoritajiet għadhom ma’ kkonfermawx jekk kienx hemm xi alkoħol jew droga involuti.
Zampella se jibqa’ magħruf għall-iżvilupp tal-Call of Duty li tagħha nbiegħu madwar 500 miljun kopja.

