Monday, November 4, 2024

Vincenzo Montella se jkun il-coach nazzjonali tat-Turkija

Aqra wkoll

L-eks attakkant tal-Italja u ta’ Roma, Vincenzo Montella, se jinħatar coach tat-team nazzjonali tat-Turkija, b’kuntratt ta’ tliet snin. 

Huwa laħaq ftehim mal-Federazzjoni Torka u fis-sigħat li ġejjin mistenni jiffirma l-kuntratt wara li t-taħditiet ilhom għaddejjin minn nhar it-Tlieta li għadda. 

Montella, li lagħab ma’ Empoli, Sampdoria, Genoa, Roma u Fulham, ħalla lill-club Tork, Adana Demirspor, f’Ġunju li għadda wara li rebaħ 38 mis-76 logħba tiegħu fit-tmexxija tat-team.

Huwa beda l-karriera maniġerjali tiegħu fis-settur taż-żgħażagħ ta’ Roma u fl-2011 ġie promoss biex ikun fir-res­ponsabbiltá tal-ewwel team. 

Imbagħad ħa t-tmexxija ta’ Catania, Sampdoria, Milan u Fiorentina darbtejn. Huwa ħadem ukoll ma’ Hakan Calhanog­lu matul iż-żmien tiegħu fit-tmexxija tar-Rossoneri u se jerġa’ jingħaqad mal-midfielder ta’ Inter fit-team nazzjonali Tork. 

Sport