Il-captain ta’ Liverpool Virgil Van Dijk għadu ma kkonfermax jekk hux se jġedded il-kuntratt tiegħu sabiex jibqa’ għal iktar snin f’Anfield Road. Dan id-dewmien bħal donnu qed jagħmel lid-diriġenti tal-klabb ferm anzjużi fejn jixtiequ risposti konkreti fil-jiem li ġejjin.
Meta kien qed jitkellem mal-ġurnalisti u mistoqsi dwar dan il-kuntratt, Van Dijk kien ferm diplomatiku meta qal li qed jieħu gost jilgħab il-futbol u li jinsab fl-aqwa kundizzjoni possibbli. Fl-aħħar mill-aħħar hu temm jgħid li hu jrid jara x’inhu l-aħjar għalih u ma jistax jikkommetti ruħu.