L-ex attakkant leġġendarju ta’ Liverpool, Michael Owen, sostna li d-difensur ċentrali tar-Reds Virgil van Dijk huwa l-aħjar fil-pożizzjoni tiegħu fl-istorja tal-football.
It-team immexxi minn Jurgen Klopp kien nefaq xejn inqas minn £75 miljun biex ffirma lill-Olandiż mingħand Southampton fl-2018, iżda Van Dijk kien figura integrali biex Liverpool kisbeu diversi unuri tul l-aħħar snin.
Il-player ta’ 30 sena diġà għen lil Liverpool biex jiksbu t-titli taċ-Champions League, Premier League, Tazza tad-Dinja tal-Clubs, UEFA Super Cup u EFL Cup, kif ukoll ġie inkurunat l-Aħjar Plater fl-Ewropa fl-2019.
Minkejja li sofra injury devastanti fl-ACL li żammietu barra mill-azzjoni għall-maġġoranza tal-istaġun 2020-21, Van Dijk irritorna bħala figura imponenti fil-qalba tad-difiża ta’ Liverpool dan l-istaġun.
L-internazzjonali Olandiż skorja tliet goals u pprovda assist minn 47 dehra fil-koempetizzjonijiet kollha dan l-istaġun, b’Liverpool issa jinsabu fit-tentattiv li jiksbu l-quadruple crown.