Monday, September 30, 2024

Virgil van Dijk irid estensjoni ta’ tliet snin kuntratt

Aqra wkoll

Diversi ġurnali Ingliżi qed jitkellmu fuq il-futur tad-difensur ċentrali ta’ Liverpool Virgil Van Dijk. Dan tal-aħħar għandu 33 sena u ilu jilgħab f’Anfield Road għal dawn l-aħħar sitt snin. Hu qed jitlob estensjoni tal-kuntratt tiegħu għat-tliet snin li ġejjin sabiex jibqa’ jilgħab mar-Reds sa Ġunju 2027.

Id-diriġenti ta’ Liverpool se jiltaqgħu mal-aġent tiegħu sabiex tinstab it-triq ‘il quddiem. B’kollox hu lagħab 203 logħbiet u skorja 18-il gowl.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport