Thursday, November 7, 2024

Virus ġdid fiċ-Ċina meqjus bħala “perikoluż ħafna”

Aqra wkoll

Virus ġdid li għandu l-potenzjal li jikkawża pandemija oħrajn ġie deskritt bħala “perikoluż ħafna” u “tfakkira ta’ saħħa” li l-bniedem huwa kostantement f’riskju ta’ mard ġdid li joriġinaw mill-annimali.

Madankollu l-midja Ċiniża fir-rappurtaġġ tagħha qed tnaqqas it-tħassib dwar dan il-virus il-ġdid u qed twissi lill-poplu biex ma jirreaġixxix b’mod sproporzjonat.

Ilbieraħ riċerkaturi Ċiniżi sabu virus ġdid li joriġina mill-iswine flu fi ħnieżer. Il-virus, li ssejjaħ bħala “genotype 4” – jew G4 – joriġina ġenetikament mill-virus H1N1 li kkawżaw pandemija fl-2009.

Fuq medda ta’ seba’ snin, riċerkaturi ħadu eluf ta’ swabs minn ħnieżer f’biċċeriji minn provinċji Ċiniżi u sptar veterinarju. Dawn l-iswabs wasslu biex jiżolaw 179 virus tal-iswine flu.

Il-biċċa l-kbira kienu ta’ tip ġdid ta’ virus li ilu dominanti fost il-ħnieżer mill-2016.

Il-virus G4 kien osservat li huwa infettuż ferm, u jirreplika ruħu f’ċelloli umani.

Testijiet juru wkoll li immunità li l-bniedem jikseb minn espożizzjoni għall-influwenza staġjonali ma tipprovdix protezzjoni mill-G4.

S’issa r-riċerkaturi qed jgħidu li wieħed minn kull għaxar persuni li jiġu f’kuntatt mal-ħnieżer fiċ-Ċina ġew infettati bil-G4.

Sport