Friday, September 13, 2024

VisitMalta Women’s Trophy: Malta ttemm l-impenji b’telfa

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Malta …………0

Marokk ………1

Fit-tieni partita tat-team nazzjonali Malti fil-VisitMalta Women’s Trophy, pajjiżna sofra telfa minima ta’ 1-0 kontra l-Marokk.

Din it-telfa waslet wara li nhar l-Erbgħa li għadda l-Maltin għelbu lill-Moldova bl-iskor ta’ 3-1.

Kien biss fit-22 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bil-Marokkini jkunu huma li joħolqu l-periklu meta cross-shot ta’ Salma Msouddy sab lil Patricia Ebejer li ppanċjat tajjeb f’sigurtá. 

Iżda man-nofs siegħa logħob, l-avversarji tagħna fetħu l-iskor meta wara li d-difensuri Maltin naqsu milli jikklerjaw il-ballun, SANNA MSOUDDY daħlet bħal vleġġa u b’xutt b’saħħtu mill-viċin għelbet għal kollox lil Patricia Ebejer. 

Malta wieġbet fit-33 minuta permezz ta’ xutt tal-veterana Dorianne Theuma li għadda ftit barra. Fit-62 minuta, free-kick tal-veterana l-oħra, Rachel Cuschieri, għadda għoli.

Dan sabiex fis-77 minuta, irriżulta kontrattakk veloċi tal-Marokkini bis-sostituta Hassani mill-viċin tefgħet għoli.

Fil-85 minuta, Cuschieri resqet viċin li tikseb id-draw għal Malta iżda t-tentattiv tagħha spiċċa ftit għoli. 

Malta: 1-Patricia Ebejer, 3-Ann Marie Said (14-Shona Zammit 46), 4-Emma Lipman, 5-Stephania Farrugia, 6-Dorianne Theuma (10-Francesca Chircop 77, 8-Rachel Cuschieri, 9-Alishia Sultana (13-Maria Farrugia 46), 16-Charlene Zammit, 17-Brenda Borg (18-Emma Xuereb 46), 20-Nicole Sciberras, 21-Haley Bugeja Coach: Mark Gatt

Marokk: 1-Khadija Errmichi, 2-Zineb Redouani, 4-Siham Boukhami, 15-Ghizlane Chhirri, 17-Ghizlane Chebbak (16-Hassani Samya 65), 7-Hanane Elhaj, 8-Salma Amani (11-Fikri Samia 38), 10-Najat Badri, 20-Imane Saouid (6-Nakkach Elodie Nahla 81), 18-Sanna Msouddy, 23-Rossella Ayane Coach: Reynold Pedros

Referee: Maria Ennsgraben (Awstrija)

Referee: Maria Ennsgraben (Awstrija)

Skorers: S. Msouddy 30 (MLT)

Ammoniti: G. Chhirri (MRK)

Ekonomija

Sport