Saturday, December 28, 2024

Vittma ta’ 14-il sena fl-attakk li seħħ f’Odessa

Aqra wkoll

Tifel ta’ 14-il sena kien irrappurtat mejjet filwaqt li tfajla ta’ 17-il sena ttieħdet l-isptar għal iżjed attenzjoni medika, wara l-attakk li seħħ ilbieraħ mir-Russi fuq bini residenzjali u fuq knisja f’Odessa, l-Ukrajna.

Il-Mexxej ta’ Odessa, Maxim Marchenko, ikkonferma dan: “L-għadu spara żewġ missili f’Odessa. Sfortunatament f’dan l-attakk kien hemm perusni li sfaw vittma u oħrajn midruba”.

L-uffiċjali ta’ Odessa ħabbru li ż-żewġ binjiet ġarrbu ħsarat kbar.

Odessa, f’dawn l-aħħar ġimgħat, ġarrbet żieda fl-attakki Russi. Ix-xahar li għadda, ħames persuni sfaw vittma — fosthom tarbija ta’ tliet xhur, f’attakk Russu f’din il-belt.

Ekonomija

Sport