Thursday, July 3, 2025

‘Vittoriosa Stars FC minn dejjem kienu ġo qalbi … il-Birgu hi art twelidi u li nilgħab għall-Birgu huwa ta’ unur kbir għalija’ – Gabriel Calleja

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Il-futbol fil-familja tiegħi minn dejjem kien xi ħaġa li kważi kważi kullħadd kien jipprattika b’mod professjonali minn missieri saz-zijiet dejjem kont immur il-grawnd narahom kemm fit-taħriġ u anke fil-logħob. Nista’ ngħid li fija diġá kien hemm dik il-passjoni għall-futbol sa minn meta kont żgħir nilgħab kemm l-iskola, wara l-iskola u ma’ sħabi fit-triq sa tard bil-lejl. 

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Vittoriosa Stars FC.

Vittoriosa Stars FC min dejjem kienu ġo qalbi. Il-Birgu hi art twelidi u li nilgħab għall-Birgu huwa ta’ unur kbir għalija … kuntent ħafna li ħa nerġa’ nilbes il-flokk tal-Birgu għal sena oħra! 

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda, fejn ksibtu l-promozzjoni għaċ-Challenge League min-National Amateur League 1?

L-istaġun li għadda sfortunatament ma kontx preżenti fil-grawnd minħabba affarijiet personali tieghi għalkemm xorta kont mat-tim mill-bidu sal-aħħar tal-istaġun. Kien staġun tajjeb li l-plejers, kowċis, staff eċċ reġgħu tellgħu l-klabb tal-Birgu fejn tassew jixraqlu! 

U fuq il-kowċ, Jason Camenzuli?

Il-kowċ Jason Camenzuli huwa bniedem dedikat ħafna. L-istaġun li għadda juri biċ ċar għalkemm għadni ma ħdimtx miegħu fil-pitch tkellimna u reġa’ tani lkuraġġ u laqagħni lura biex inkun mat-tim. 

X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Il-livell tal-futbol Malti fejn snin ilu għola peró xorta għad hemm differenza kbira ta’ livell fejn pajjiżi oħra. 

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titġarrgu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Il-pitch fejn nitħarrġu bħalissa mhuwiex l-aqwa peró l-klabb ikkonferma li din is-sena ħa jinbidel il-wiċċ tal-pitch allura għandu jkun ta’ livel professjonali. Rigward pitches fejn isiru l-logħob kieku l-pitches jibdew jixxarrbu qabel kull logħba, ikun hemm ħafna iktar differenza fil-kwalitá tal-pitch. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Jien inħares lejn il-futur tiegħi billi nistinka biex dejjem inkun aħjar mis-sena ta’ qabel. L-għan tiegħi huwa li nilħaq l-ogħla livel li nista’ fil-karriera tiegħi.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-messaġġ tiegħi huwa li t-talent waħdu mhux biżżejjed … trid tagħmel sagrifiċċji kbar kemm fil-ħajja tiegħek fosthom l-ikel li tiekol, tittrenja bis-saħħa u bis-serjetá kuljum biex dejjem tkun aħjar mill-ġurnata ta’ qabel u kull sessjoni ta’ taħriġ trid teħodha li qisek dejjem sejjer għal-logħob … u l-iktar ħaġa importanti hi li m’għandek taqta’ qalbek qatt! 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport