Fil-belt ta’ Noto li hija belt rikonoxxuta mill-UNESCO ħa jsir spettaklu li fih se jindaqqu diversi kanzunetti Maltin. Dan se jsir nhar il-Ħadd 28 ta’ Settembru u tibda fil-11.00 a.m. fil-qalba tal-famuż ċentru storiku. F’din l-okkażjoni ta’ din is-sena ħa jiġu ċċelebrati l-kulturá u r-rabtiet kulturali bejn Malta u Sqallija, it-tnejn gżejjer tal-Mediterran.
Għalhekk il-protagonisti tas-serata, direttament minn Malta ġiet mistiedna biex tirrapreżenta lil pajjiżna, il-BIG FRIENDS GUGGEN MUSIK A.D. 2008 l-Ewwel Banda Nazzjonali Maltija Guggen. Hija ħa tirregala spettaklu ta’ mużika allegruża li tinvolvi lill-pubbliku preżenti. Din il-banda hija magħrufa għall-prestazzjonijiet enerġetiċi u ferrieħa li taf toffri lil kull min ikun lest għal gig divertenti ġewwa din il-belt sabiħa ta’ Noto.
Din il-banda Maltija f’Noto mhux biss se ddoqq Viva Malta u Xemx imma wkoll diversi arranġamenti ta’ mużika Maltija. Il-Big Friends Guggen Musik se tibda parata minn Porta Reale fejn wara jsir programm mużikali fil-pjazza prinċipali f’atmosfera ħajja u fidila u glorjuża ta’ epoka Barokka fejn wieħed ikun jista’ jgawdi eleganza fina Barokka.
Għal din il-banda hawn fuq imsemmija hija l-20 safra li l-banda se tkun fir-rwol t’ambaxxatriċi mużikali ta’ pajjiżna wara s-suċċess kbir li kellha fil-festival tal-baned Musik Parade ġewwa l-Ġermanja fl-ibliet ta’ Essen fil-Gruga Halle Munster, il-Halle Munsterland u f’Cologne fil-Lanxess Arena, kif ukoll `Tour Culturale e Musicicale tra le Isole` li kien mifrux ma’ sitt gżejjer : Lipari, Salina, Panarea, Stromboli, Vulcano u Filicudi.
Dawn jiffurmaw il-gżejjer Eoljani. Hi wkoll marret Dubai għal ħames darbiet fis-snin 2008, 2009, 2010, 2016 u 2017 fejn hemm daqqet kull darba fis-seba’ Emirati, fil-Greċja fis-sena 2009, fit-Tuneżija fis-sena 2014 u 2015 u 2024 u ġewwa Sqalija għal disa’ darbiet oħra.
ll-banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast tagħha Ian Sammut A.L.C.M. fejn prepara lill-mużiċisti tal- banda bill ghħmel diversi arranġamenti mużikali kif ukoll kunċerti għal din l-okkażjoni.
Il-Banda għandha wkoll skola mużikali. Tistgħu ssibu aktar informazzjoni fuq Facebook – big friends guggen musik 1st maltese guggen national band A.D. 2008.