Friday, December 13, 2024

“Viżjoni ħolistika u inklussiva fis-settur edukattiv”

Aqra wkoll

Il-President qalet ukoll li tul dawn il-50 sena, amministrazzjoni wara l-oħra taw prijorità lis-settur edukattiv. Illum il-viżjoni hija waħda ħolistika u inklussiva, li tieħu ħsieb illi permezz ta’ gwida vokazzjonali, tinkoraġixxi lill-istudenti sabiex jagħrfu t-talenti li jkollhom, tipprovdi għajnuna lil dawk l-istudenti illi jkollhom bżonn sostenn, u fuq kollox hemm koperazzjoni ma’ setturi fl-ekonomija fejn tidħol esperjenza fid-dinja tax-xogħol.

Innotat ukoll b’sodisfazzjoni illi Għawdex ser ikun ir-Reġjun tal-Kultura għas-sena 2025, u awgurat lill-Għawdxin illi din l-opportunità jużawha bħala vetrina għal dak li joffri Għawdex u l-Għawdxin. 

“Il-konnettività bejn Malta u Għawdex tibqa’ punt kruċjali għall-Għawdxin, iżda bla dubju, m’hemmx paragun ma’ kif kienet is-sitwazzjoni fis-sebgħinijiet, meta twieldet ir-Repubblika. L-insularità doppja ta’ Għawdex, lil Għawdxin, kważi għamlithom ġens ġo ġens,” qalet il-President.

“Għawdex għandu ethos partikolari ħafna, għax huwa għaġna tal-indipendenza psikoloġikament intrinsika fil karattru tal-Għawdxin, u d-dipendenza ta’ Għawdex fuq  Malta bħala l-gżira l-kbira fl-Arċipelagu tagħna. Għalhekk hemm bżonn qawwi li jinżamm il-bilanċ bejn il-karattru Għawdxi u s-sitwazzjoni reali, biex Għawdex jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu.”

Ekonomija

Sport