Wednesday, December 25, 2024

Viżjoni Malta 2050: Miri Strateġiċi għall-2035

Aqra wkoll

Il-Ministru Caruana tkellem dwar il-Viżjoni Malta 2050, li se tistabbilixxi d-direzzjoni strateġika tal-pajjiż għad-diċennji li ġejjin, b’għan ċentrali li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini kollha. Il-viżjoni sew tinkludi tragwardi ewleni sal-2035, li se jiżguraw progress kontinwu u sinifikanti lejn din id-direzzjoni strateġika.

Il-viżjoni se ssevi bħala pjan għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-pajjiż, b’attenzjoni fuq innovazzjoni diġitali, infrastruttura, edukazzjoni, kura tas-saħħa u sostenibilità biex niżguraw kwalità ta’ ħajja ogħla għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Huwa ppjanat li l-fażi ta’ definizzjoni tal-Viżjoni Malta 2050 tkun lesta sal-aħħar tal-ewwel kwart tas-sena d-dieħla filwaqt li l-ħidma fuq dan il-proġett diġà bdiet.

Malta qiegħda tħejji wkoll l-infrastruttura meħtieġa għad-Digital Identity Wallet, inizjattiva li se tippermetti liċ-ċitttadini u n-negozji Maltin jaqsmu l-identità diġitali tagħhom b’mod sigur, faċli u effiċjenti. Dan il-wallet se jkun disponibbli bħala app fuq smartphones.

Il-Budget 2025 se jindirizza wkoll sfidi importanti f’diversi setturi permezz ta’ miżuri strateġiċi li jsaħħu r-riċerka, l-innovazzjoni u l-inklużjoni soċjali. Għal sena oħra se terġa’ tiġi estiża l-konċessjoni fuq it-tnaqqis fit-taxxa tal-boll minn 5% għal 1.5% meta negozji tal-familja jiġu trasferiti intervivos lill-ulied u ġenerazzjonijiet iżgħar sabiex ikomplu jiġu assistiti n-negozji tal-familja.

Il-Ministru Caruana kompla billi rrefera għal investiment ieħor f’settur ekonomiku ġdid hi l-kumpanija GIMAS li qed tinvesti €7.5 miljun biex twaqqaf fabbrika ġdida f’Ħal Far fil-produzzjoni ta’ parts għat-turbini tar-riħ bil-ħolqien fil-prattika ta’ green jobs. Barra minn hekk, qed isir xogħol biex tespandi l-fabbrika tal-farmaċewtika Baxter, b’investiment ta’ €60 miljun.

Dwar is-settur tas-servizzi finanzjarji, il-Ministru Caruana ħabbar li l-Gvern qed jippjana li jgħaddi liġi biex “inkomplu nsaħħu l-attrazzjoni ta’ Malta” f’dan il-qasam, inkluż dwar l-uffiċċji tal-familja, il-kirijiet tal-ajruplani, kif ukoll Fintench u AI. Fl-2025 mistenniija tgħaddi leġiżlazzjoni dwar Limited Partnerships bil-ħsieb li jippromwovu dawn l-oqsma ġodda f’pajjiżna.

Il-Ministru Caruana ħabbar ukoll li fil-bidu tas-sena d-dieħla, se tiġi introdotta viża għall-atleti tal-esports biex tiffaċilita l-moviment tat-talent fil-pajjiż. Timijiet internazzjoali bħal Furia u Talon esports diġà għażlu lil Mala bħala l-bażi Ewropea tagħhom.

Ekonomija

Sport