Il-club Messikan, Queretaro, ġie ordnat jilgħab il-logħob f’darhom bil-bibien magħluqa għal sena wara xeni vjolenti fil- partita tagħhom kontra Atlas nhar is-Sibt li għadda.
Mill-inqas 26 persuna weġġgħu meta faqqgħet il-vjolenza fost il-folla. Tlieta għadhom f’qagħda kritika l-isptar.
“Ma rridux kriminali moħbija,” qal il-kampjonat.
Il-partita ġiet abbandunata wara 63 minuta. Il-ġlied kien inxerred fil-ground ta’ La Corregidora Stadium.
Xi players ppruvaw jikkalmaw lill-partitarji qabel ma ntbagħtu fid-dressing rooms. Iċ-champions tal-Liga MX, Atlas, kienu qed jirbħu 1-0 meta l-partita ġiet abbandunata.
Il-logħob kollu tal-Ħadd ġie sospiż “b’solidarjetà mal-persuni milquta”.
Nhar it-Tlieta l-president tal-kampjonat, Mikel Arriola, akkuża lil gruppi organizzati tal-partitarji għall-vjolenza.
Minbarra li jridu jilagħbu mingħajr partitarji fil-logħbiet f’darhom għal sena huwa anke ssospenda lill-partitarji ta’ Queretaro milli jattendu għal-logħbiet barra minn darhom għal tliet snin.
L-għaqda li tmexxi l-football fid-dinja, il-FIFA, sejħet il-vjolenza bħala “inaċċettabbli u intorerabbli”.