Saturday, December 14, 2024

Vladimir Putin ħarab minn Moska?

Fis-sigħat li ġejjin mistennija jkun hemm ġlied kbir fit-toroq tal-kapitali

Aqra wkoll

Rapporti fil-midja internazzjonali qegħdin jistaqsu jekk il-President Russu Vladimir Putin ħarabx mill-kapitali Moska.

Dan hekk kif l-ajruplan tiegħu deher jitlaq lejn Tver u kif wasal fuq din il-belt l-ajruplan ma baqax jidher fuq ir-radar.

Ajruplani oħrajn ta’ negozjanti li jaħdmu fil-kapitali kważi telqu kollha, minħabba li jafu li fis-sigħat li ġejjin se jkun hemm ġlied kbir fil-kapitali.

Kien kmieni dalgħodu meta l-grupp Wagner beda jaħtaf diversi bliet u bażijiet militari bi ftit reżistenza. Il-kap ta’ Wagner f’messaġġ li ħareġ qal li “Putin għamel għażliet ħżiena… issa kollox se jkun ħażin għalih. Dalwaqt ikollna President ġdid.”

Intant il-grupp Wagner baqa’ miexi lejn il-kapitali Moska b’rittmu mgħaġġel ħafna hekk kif il-forzi leali lejn Putin mill-ewwel qegħdin iċedu l-armi u ħafna minnhom jingħaqdu mal-marċenarji.

Analisti tas-sitwazzjoni qalu li jista’ jkun li dak li qiegħed jiġri hu kollu organizzat u kkordinat mill-pajjiżi tal-Punent.

Ekonomija

Sport