Monday, May 12, 2025

VMFA: Gżira United logħba bogħod mir-rebħ tal-kampjonat

Aqra wkoll

Gżira United jinsabu logħba ‘l bogħod milli jirbħu l-VMFA Cisk Premier League hekk kif kisbu s-17-il rebħa staġjonali. Fil-fatt huma għelbu lil Żurrieq Wolves 7-3 f’logħba li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar.

Sebastian Nayar u Kevin Sammut skorjaw żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Ian Zammit, Justin Grioli u Andrew Cohen żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Beppe Muscat skorja żewġ gowls għal Żurrieq sabiex Kevin Ellul żied ieħor.

Il-Gżirjani jinsabu jgawdu l-punt vantaġġ fuq l-eqreb rivali Floriana li min-naħa tagħhom għelbu lil Rabat Veterans 7-4.

Floriana skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ tripletta ta’ Mano Micallef u doppjetti ta’ Glenn Bonello u Malcolm Licari.

Adam Smeir, Gareth Magri, Andre Scicluna u Gilbert Spiteri Lowell żammew lil Rabat fil-logħba.

Finalment, Birkirkara St Helen’s għelbu lil Hibernians 10-4.

Il-Karkariżi riedu jiksbu rebħa akkost ta’ kollox minn din il-partita fejn kellhom lil Daniel Cremona li skorja tliet gowls, Jean Pierre Mifsud Triganza u Christian Caruana kellhom żewġ gowls f’isimhom filwaqt li Federico Marine, Robert Perkins u Ayrton Caruana għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Għal Hibernians Ilia Nazarov skorja żewġ gowls filwaqt li Adrian Lanzon u Clayton Micallef Vassallo niżżlu isimhom fost l-iskorers.

KLASSIFIKA – VMFA CISK PREMIER LEAGUE

Gżira United 53, Floriana 52, MFPA 41, Birkirkara St Helen’s 34, Rabat 24, Żurrieq Wolves, Hibernians 15, Żejtun Red Stars 0.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport