Saturday, October 26, 2024

VMFA Hyundai Premier League: MFPA viċin it-titlu  

Aqra wkoll

MFPA jinsabu ferm viċin li jirbħu l-VMFA Hyundai Premier League meta fl-isfida diretta għelbu lir-rivali Żejtun Red Stars 4-3.  

Kienet logħba ferm bilanċjata u kumbattuta biż-Żwieten li minkejja kollox, lagħbu logħba tajba ħafna iżda sabu lill-avversarji tagħhom ferm motivati sabiex jirbħu din il-logħba u eventwalment iżidu l-vantaġġ tagħhom f’ras il-klassifika. Fil-fatt b’din ir-rebħa, il-Malta Football Players Association fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti fil-klassifika u b’hekk għamlu pass lejn ir-rebħ tal-unuri.  

L-eks internazzjonali Malti, Michael Mifsud kien l-eroj għal MFPA hekk kif skorja doppjetta filwaqt li Branko Nisevic u Stefano De Angelis żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.  

Żejtun baqgħu fil-logħba b’gowls ta’ George Frendo, Gilbert Camilleri Lowell u Tyron Borg.  

Referee: Jean Pierre Mifsud.  

B’dan ir-riżultat approfittaw Gżira United li qabżu fit-tieni post tal-klassifika hekk kif għelbu lil Birkirkara St Helen’s 9-1.  

Kienet logħba fejn il-Maroons iddominaw mill-bidu sal-aħħar u minkejja l-isforzi tal-Karkariżi, l-avversarji tagħhom kienu ferm b’saħħithom fil-ġurnata.  

Alex Muscat spikka fost il-Maroons wara li skorja xejn inqas minn sitt gowls b’Alistair Dalli, Jonathan Pearson u Trevor Cilia jgħaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.  

Andy Portelli skorja l-uniku gowl għal Birkirkara St Helen’s.  

Referee: Jean Pierre Mifsud.  

KLASSIFIKA – VMFA Hyundai Premier League  

MFPA 28, Gżira United 21, Żejtun Red Stars 20, Rabat Veterans 17, Birkirkara St Helen’s 16, Pieta’ Hotspurs 13, Luxol St Andrews 8, Żurrieq Wolves 3.  

Sport