Tuesday, December 24, 2024

VMFA Premier League: Rabat Veterans jaħsdu lil Żejtun Red Stars

Aqra wkoll

Rabat Veterans issoprendew lil Żejtun Red Stars u għelbuhom 5-4 sabiex komplew bil-mument pożittiv li għaddejjin minnu.

Kif jixhed l-iskor, kienet logħba kumbattuta bir-Rabtin li xejn ma qatgħu qalbhom minkejja li kienu qed jilagħbu kontra tim ferm iktar ikkwotat minnhom.

Din it-telfa xejn ma niżlet għasel maż-Żwieten li minkejja li għandhom logħba inqas, tilfu ċ-ċans li jżommu l-pass mal-leaders MFPA.

Darren Galea u Adam Smeir skorjaw doppjetta kull wieħed b’Dylan Falzon li żied ieħor għal Rabat.

George Frendo skorja doppjetta għal Żejtun b’Joseph Chetcuti u Michael Borg Olivier li żammew lit-tim tagħhom fil-logħba.

MFPA baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika u għandhom ħames punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali Żejtun Red Stars għalkemm b’logħba iktar meta għelbu lil Luxol St Andrews 6-2.

Il-logħba laħqet il-qofol tagħha fl-ewwel taqsima fejn l-MFPA skorjaw ħames gowls mingħajr risposta. Fit-tieni taqsima, Luxol kienu aħjar u naqqsu l-marġni tal-iskor għalkemm ma kienx biżżejjed sabiex jieħdu xi ħaġa minn din il-partita. 

Alexander Ribic skorja doppjetta filwaqt li Michael Mifsud, Branko Nisevic u Jonathan Bondin ukoll sabu x-xibka.

Luxol St Andrews skorjaw żewġ gowls fit-tieni taqsima minn Luke Satariano u Michael Galea.

Gżira United ħadu tliet punti prezzjużi għall-klassifika tagħhom meta għelbu lil Żurrieq Wolves 8-3.

Il-Maroons riedu jirbħu din il-logħba akkost ta’ kollox wara l-aħħar diżappunti li kellhom u kellhom lil Jamie Pace, Jonathan Pearson u Alex Muscat awturi ta’ doppjetta kull wieħed. Beppe Antignolo u Trevor Cilia għaqqdu l-iskor favur it-tim tagħhom. 

Żurrieq naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ doppjetta ta’ Ahmed Trabelsi u Clarence John Conger Thompson.

Pieta’ Hotspurs kisbu t-tielet rebħa staġjonali meta għelbu lil Birkirkara St Helens 2-1.

Mario Crupi u Craig Schembri skorjaw il-gowls l-aktar importanti għal Hotspurs

Ekonomija

Sport