Monday, November 11, 2024

VMFA: Zejtun Red Stars jirbħu konfront dirett  

Aqra wkoll

Zejtun Red Stars jinsabu fuq quddiem fil-klassifika tal-VMFA Hyundai Premier League hekk kif  għelbu lil MFPA 8-5. Kien dwell bejn l-ewwel żewġ timijiet tal-klassifika.  

Kienet logħba ferm sabiħa li fiha ġew skorjati 13-il gowl biż-Żwieten li minkejja kollox kellhom iktar kontroll tal-logħba.Huma fetħu vantaġġ ta’ erba’ gowls wara doppjetta ta’ Noel Tabone, Gilbert Camilleri Lowell u Michael Borg Olivier.  

Stephen Wellman naqqas il-marġni tal-iskor għal MFPA għalkemm Camilleri Lowell reġa’ skorja għal Żejtun Red Stars.  

Jonathan Bondin reġa’ naqqas il-marġni tal-iskor għal MFPA b’Gilbert Camilleri Lowell li nkuruna serata mill-aqwa hekk kif għaqqad hat-trick.  

Żejtun Red Stars baqgħu kkonċentrai b’George Frendo u Nikolay Filipov li saħansitra għamlu l-iskor 8-2.  

L-MFPA għamlu l-iskor aktar rispettabbli bi Stephen Wellman li skorja doppjetta u b’Jonathan Bondin jimmarka l-aħħar gowl tas-serata għalkemm ir-reazzjoni kienet tard wisq.  

Birkirkara St Helen iddominaw għal kollox il-konfront kontra Gżira United hekk kif rebħulhom bl-iskor kbir ta’ 10-1.  

Claudio Calleja u Glenn Bonello kienu f’forma mill-aqwa hekk kif skorjaw tliet gowls kull wieħed b’Joseph Chetcuti, Trevor Cilia, David Azzopardi u Paul Bugeja li niżżlu isimhom fost l-iskorers.  

Dino Cachia kien awtur tal-uniku gowl tal-Gżirjani.  

Sport