Il-plejer internazzjonali Taljana tal-volleyball Paola Ogechi Egonu se tkompli l-karriera tagħha fit-Turkija ma’ Vakifbank ta’ Istanbul. Din il-plejer ta’ 23 sena se ssib kowċ ieħor Taljan bl-isem ta’ Giovanni Guidetti li għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-volleyball internazzjonali.
Egonu hi kkunsidrata bħala waħda mill-iktar plejers ta’ livell għoli fl-Italja filwaqt li t-tul ta’ metru u tlieta u disgħin ċentimetru jagħmilha bħala l-iktar plejer kompluta f’dan l-isport.