Wednesday, July 24, 2024

Volleyball Super League – Falcons jibqgħu jittamaw wara rebħa fuq Birkirkara

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera saret logħba waħda biss mill-ogħla kampjonat Super League. Hawnhekk, Falcons, immexxija minn Branko Vlahovic, rebħu lil Birkirkara bl-iskor ta’ tliet sets għal wieħed biex b’hekk baqgħu jittamaw li jkomplu jisfidaw lil Swieqi għar-rebħ tal-kampjonat. Min naħħa l-oħra, wara din it-telfa Birkirkara baqgħu fil-pożizzjoni ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika tal-kampjonat.  

Fil-partiti mill-Ewwel Diviżjoni li ntlagħbu s-Sibt, Mġarr baqgħu għaddejjin bil-mixja pożittiva tagħhom b’rebħa fuq Birkirkara Reds 3-0. Din ir-rebħa żgur li kkonsolidathom f’ras il-klassifika. Fit-tieni logħba, Birkirkara Yellows rebħu bl-iskor identiku ta’ 3-0 lil Paola Yes2Health Fitness Club. 

Ir-Riżultati kollha

U 19-  BKVC vs Paola Executive Security   0-3

BKVC vs Swieqi Tough Cookies  0-3

First Division –  Paola Yes2Health Fitness vs BKVC Yellows  0-3

Mgarr Volley vs BKVC Reds   3-0

U17  –  BKVC Storms  vs Depiro  0-3

Flyers vs Swieqi Phoenix Challengers  0-3

Super League – Birkirkara VC vs Falcons  1-3

Ekonomija

Sport