Monday, December 23, 2024

Voluntiera msejħa għal prova klinika ta’ vaċċin ġdid kontra l-Omicron fir-Renju Unit

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Voluntiera fl-Ingilterra mistennija jkunu minn ta’ quddiem nett fid-dinja biex jittestjaw vaċċin speċifiku ġdid kontra l-varjant tal-Omicron.

Mat-3,000 persuna se jkunu qegħdin jieħdu sehem f’dan l-esperiment. Nofs dawk li se jaċċettaw se jkunu qegħdin jingħataw doża tal-Moderna li diġà qiegħed jintuża, filwaqt li l-bqija se jkunu qegħdin jingħataw doża ta’ din it-tilqima li qiegħda tiġi żviluppata mill-kumpanija biontech li fiha kontenut ġenetiku għall-varjant tal-Omicron.

Din il-prova klinika se tkun immexxija mis-St George’s Hospital f’Londra u se tkun qiegħda tingħata bidu din il-ġimgħa stess. Madwar 30 sptar ieħor fl-Ingilterra, l-Iskozja u f’Wales mistennija jsegwu b’dan l-esperiment.

Is-Segretarju għas-Saħħa u l-Kura Soċjali fil-pajjiż Sajid Javid sostna li r-Renju Unit hija minn ta’ quddiem fejn tidħol riċerka u żvilupp tal-vaċċini u l-mediċini.

Intant huwa ħeġġeġ lil dawk kollha eleġibbli biex jgħinu f’din ir-riċerka vitali sabiex ikunu jistgħu jipproteġu l-pajjiż ikun aktar protett għas-snin li ġejjin filwaqt li tibqa’ għaddejja l-ħidma sabiex id-dinja tgħix mal-virus tal-Covid-19.

Ekonomija

Sport