Sunday, December 22, 2024

Voluntiera Ukrena tinqatel fil-karozza wara li marret bl-ikel f’santwarji tal-klieb

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tfajla Ukrena ta’ 26 sena hija fost l-aħħar vittmi tal-invażjoni fil-pajjiż. Skont rapporti fil-midja barranija, il-voluntiera kienet fi triqitha lura lejn id-dar wara li qassmet xi ikel f’santwarji tal-klieb f’Kyiv meta nqatlet kiesaħ u biered fil-karozza tagħha.

Anastasiia Yalanskaya kienet waħda mit-tliet voluntiera li kienu qegħdin jivvjaġġaw biex iwasslu l-ikel f’Bucha, madwar 18-il mil mill-kapitali Ukrena.

Il-karozza li kienet fiha kienet attakkata bil-qawwa mit-truppi Russi u għalkemm mhuwiex ċar il-motiv tal-qtil tagħha, il-qraba qegħdin isostnu li t-truppi mhumiex jagħmlu distinzjoni bejn iċ-ċittadini u t-truppi Ukreni.

F’kummenti lill-midja, ir-raġel tal-vittma qal li hu kien talabha biex toqgħod attenta kemm tiflaħ. Issuġġerielha wkoll l-evakwazzjoni, iżda hi kienet determinata li tibqa’ tgħin lill-annimali li mingħajr l-assistenza tagħha u voluntiera oħra ma kellhom l-ebda tama minħabba bombardamenti kontinwi fiż-żona.

Ekonomija

Sport