Saturday, December 21, 2024

Voluntieri Ukreni jħejju għal gwerra mar-Russja

Aqra wkoll

Wara t-twissijiet tal-Istati Uniti dwar invażjoni Russa tal-Ukrajna, l-ġellieda voluntiera veterani Ukreni mhux jinjoraw dawn it-twissijiet u qed jippreparaw għalihom..

Għal xhur sħaħ, l-alleati tal-Punent tal-Ukrajna kienu qed jippuntaw lejn truppi Russi li jinsabu fuq il-fruntiera. Dan wassal lill-analisti militari barra mill-pajjiż biex jipproduċu mapep li b’mod kunfidenti jbassru kif it-truppi ta’ Vladimir Putin se javvanzaw fuq il-kapitali Ukrena, Kiev.

L-Ukreni li jinsabu fil-linja diretta ta’ kwalunkwe avvanzata militari Russa huma ferm inqas konvinti li dan se jseħħ. Madankollu iżda, il-biża ta’ gwerra għadu hemm.

Veterani ċivili Ukreni isostnu li Ir-Russja dejjem tista’ tittrasferixxi truppi lejn il-fruntiera fi ftit jiem u mbagħad tinvadi, għalhekk din l-akkumulazzjoni m’hi xejn differenti jargumentaw l-istess veterani

L-aġenziji tal-intelligence tal-Punent taw l-informazzjoni kollha dwar kull tip ta’ pjan ta’ Vladimir Putin, inkluż assedju fuq Kiev. Uffiċjali Ukreni, mill-President Volodymyr Zelensky ‘l isfel, ċekknu bil-bosta dik l-idea, f’attenta biex ma jixxerridx il-paniku fost in-nies.

Fl-istess ħin, l-iskejjel tal-belt qed jipprattikaw il-biża tal-bombi u eżerċizzji oħra f’każ ta’ assalt bl-ajru. Il-midja soċjali hija wkoll mimlija gwidi uffiċjali bi tħejjija għal kull eventwalita ta’ emerġenza jew evakwazzjoni u n-nies bdew jippjanaw ir-rotta tal-ħarba tagħhom li tinvolvi l-aktar is-sewqan malajr kemm jista ‘jkun.

Anke pensjonanti kienu qed jingħaqdu ma ‘drills’ fi tmiem il-ġimgħa f’bosk barra Kiev fejn dawwru dak li kien fadal minn fabbrika mkissra tal-konkrit f’kamp tal-battalja. Dan qed jagħmluh hekk kif qed isostnu li l-għadu jinsab fuq l-għatba.

Ekonomija

Sport