Sunday, November 24, 2024

Von der Leyen eletta mill-ġdid President tal-KE

Aqra wkoll

Ursula Von der Leyen ġiet eletta mill-ġdid President tal-Kummissjoni Ewropea. Hija ġabet 401 vot, ħafna aktar min 361 vot li kellha bżonn biex tiġi eletta.

Kien hemm 284 Membru li vvotaw kontra, 15 li astjenew u 7 voti nulli.

Aktar kminie: Illum jittieħed vot dwar il-mandat ta’ Ursula von der Leyen

Aktar tard illum, fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu, il-Membri Parlamentari Ewropew il-ġodda se jkunu qegħdin jieħdu vot dwar jekk iġeddux il-mandat lil Ursula von der Leyen biex tibqa’ fil-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea.

Von der Leyen kienet ġiet ikkonfermat biex tkun il-kandidata għal din il-kariga waqt laqgħa għola li saret bejn il-mexxejja Ewropej.

F’każ li tiġi approvata għal 5 snin li ġejjin hi tkun it-tielet President tal-Kummissjoni li se sservi għat-tieni terminu u l-ewwel mara li tagħmel dan.

F’każ li Von der Leyen ma tiġix approvata mill-ġdid fil-kariga tagħha mill-Parlament Ewropew, il-mexxejja tal-pajjiżi membri jridu jerġgħu jiltaqgħu f’laqgħa għolja biex jinnominaw kandidat ieħor.

Sport