Friday, July 11, 2025

Von Der Leyen issalva postha wara vot ta’ sfiduċja … iżda mwissija li dan kien l-aħħar ċans tagħha

Aqra wkoll

Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, salvat postha wara li fil-Parlament Ewropew ittieħed vot dwar mozzjoni ta’ sfiduċja fiha.

Kienu 360 Membru Parlamentari Ewropew li vvotaw kontra l-mozzjoni, 175 ivvotaw favur filwaqt li 18 astjenew. B’kollox kien hemm

553 MEP li marru biex jivvotaw minn 720.

Li kieku Von der Leyen tilfet dan il-vot mhux hi biss kellha tirriżenja, iżda l-Kummissarji kollha f’daqqa. Minkejja li rebħet dan il- vot, il-Viċi President tal-Parlament Ewropew Katarina Barleyli tagħmel parti mis-Soċjalisti u Demokratiċi qalet li “dan kien l-aħħar ċans għal Ursula von der Leyen”.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea sabet l-appoġġ tal-EPP kif ukoll ta’ xi Membri Parlamentari tas-Soċjalisti u Demokratiċi, iżda l-Liberali, il-Ħodor u ħafna MEPs oħrajn minn gruppi differenti ma attendewx għal dan il-vot.

Analisti politiċi waqt li kienu qegħdin jikkummentaw mal-midja internazzjonali qalu li Von der Leyen kif kien mistenni kienet “se tiġġieled” biex tibqa’ fil-kariga, iżda l-problemi għaliha ma waqfux ma’ dan il-vot. Dan hu l-ewwel vot ta’ sfiduċja fil-President tal-Kummissjoni mill-2014 ‘l hawn.

Minn dan il-vot ħareġ li Von der Leyen qiegħda ssib oppożizzjoni qawwija minn Membri Parlamentari Ewropej li ġejjin miż-żewġ partit

il-kbar.

L-akbar tħassib dwar Von der Leyen kien li hija kienet qiegħda tagħti wisq widen għal dak li jridu tax-Xellug Estrem u t-talbiet tagħhom kienu qegħdin jispiċċaw fuq nett tal-aġenda. 

Kien ġie nnutat ukoll li regoli ambjentali kienu bdew jitneħħew taħt it-tmexxija tagħha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport