Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen dalgħodu rnexxielha tirbaħ żewġ voti ta’ sfiduċja u għalhekk se tibqa’ fil-kariga tagħha.
Kważi żewġ terzi tal-Membri Parlamentari Ewropew ivvotaw biex Von Der Leyen tibqa’ fit-tmexxija tal-Kummissjoni Ewropew.
Kienu żewġ grupp fil-Parlament Ewropew li ressqu żewġ mozzjonijiet ta’ siduċja u li kieku dawn intrebħu allura l-President tal-Kummissjoni Ewropea kien ikollha tirriżenja.
Għal mozzjoni tal-lemin estrem: 179 vvotaw favur, 378 ivvotaw kontra, waqt 37 astjenew.
Għal mozzjoni tal-Partit tax-Xellug: 133 ivvotaw favur, 383 ivvotaw kontra, waqt li 78 astjenew.