Friday, October 10, 2025

Von Der Leyen tirbaħ żewġ voti ta’ sfiduċja

Aqra wkoll

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ilbieraħ irnexxielha tirbaħ żewġ voti ta’ sfiduċja u għalhekk se tibqa’ fil-kariga tagħha.

Kważi żewġ terzi tal-Membri Parlamentari Ewropew ivvotaw biex Von Der Leyen tibqa’ fit-tmexxija tal-Kummissjoni Ewropew.

Kienu żewġ gruppi fil-Parlament Ewropew li ressqu żewġ mozzjonijiet ta’ siduċja u li kieku dawn intrebħu allura l-President tal-Kummissjoni Ewropea kien ikollha tirriżenja.

L-ewwel mozzjoni, imressqa mill-grupp Patrijotti għall-Ewropa, ġiet miċħuda b’179 vot favur, 378 kontra u 37 astensjoni.

It-tieni mozzjoni, imressqa mill-Grupp The Left, ġiet miċħuda b’133 vot favur, 383 kontra u 78 astensjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport