Wednesday, December 25, 2024

Vot ta’ fiduċja qawwi fil-PM tad-Danimarka wara l-elezzjoni ġenerali

Aqra wkoll

Il-koalizzjoni ta’ partiti ċentru xellugin ġewwa d-Danimarka kisbu l-ikbar numru ta’ voti fl-elezzjoni ġenerali. Dan ir-riżultat qiegħed ikun mejqus bħala vot qawwi ta’ fiduċja fil-mexxej tal-pajjiż.

“Il-koalizzjoni l-ħamra” mmexxija mill-Prim Ministru Mette Frederiksen kisbet id-90 siġġu li huma rikjesti biex ikun jista’ jiġi fformat il-gvern. Il-partit Soċjal Demokratiku tagħha żied żewġ siġġijiet u kiseb l-aħjar riżultat f’dawn l-aħħar żewġ deċennji. 

Frederiksen kienet sfurzata ssejjaħ elezzjoni bikrija f’Ottubru li għadda wara li kien ħareġ fil-pubbliku rapport dwar il-mod ta’ kif l-irziezet tal-mink – l-annimali li minnhom jittieħed il-pil – kienu ġew ristretti u mnaqqsa ħafna waqt il-pandemija tal-Covid-19. Ir-rapport kien sab li fl-2020 il-gvern kien ordna li xejn inqas minn 17-il miljun mink jinqatlu u dan mingħajr bażi legali soda. Id-deċiżjoni kienet saret minħabba li dak iż-żmien kien hemm biża’ li mutant tal-Covid-19 kien qiegħed jinfetta lil dawn l-annimali u dan seta’ jxekkel ir-riċerka għall-vaċċin. 

Minkejja li kien irriżulta li Frederiksen ma kinitx taf li l-ordni li tat kienet illegali, ir-rapport heżżeż lill-koalizzjoni tagħha tant li wieħed mill-partiti fi ħdan il-koalizzjoni kien hedded li ma jibqax jifforma parti minnha jekk ma tissejjaħx elezzjoni ġenerali. 

Ekonomija

Sport