Monday, December 16, 2024

Voti kontra l-President tal-Korea t’Isfel minħabba attentat ta’ liġi marzjali

Aqra wkoll

Leġiżlaturi tal-Korea t’Isfel ivvutaw biex il-President Yoon Suk Yeol jitwarrab mill-kariga li qed jokkupa. Dan minħabba l-attentat fallut tiegħu li jimponi l-liġi marzjali, liema sitwazzjoni wasslet biex madwar il-pajjiż, bosta kienu dawk li ħarġu jipprotestaw.

Huwa ġie sospiż wara li xi membri tal-Partit Popolari (PPP) ta’ Yoon stess ivvutaw mal-Oppożizzjoni. Midja internazzjonali rrapurtat li għadha trid tittieħed deċiżjoni mill-qorti kostituzzjonali tal-pajjiż.

Intant eluf ta’ dimostranti ħarġu jiċċelebraw barra l-Assemblea Nazzjonali s-Sibt filgħaxija wara li għaddiet il-mozzjoni fil-Parlament, bil-folla tkanta u b’ċelebrazzjonijiet li saħansitra inkludew anke logħob tan-nar

Min-naħa tiegħu, Yoon wiegħed li se jkompli jiġġieled u qal li “qatt mhu se jċedi”, u ddeskriva l-vot bħala pawża temporanja għall-presidenza tiegħu. “Se nieħu l-kritika, it-tifħir u nagħmel l-almu tiegħi għall-pajjiż sal-aħħar,” żied Yoon.

Yoon ipprova jimponi tmexxija militari wara xhur ta’ staġnar politiku, u qal li kien meħtieġ li jimblokka l-isforzi suppost tal-Korea ta’ Fuq biex jimmina l-gvern tiegħu.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport