Il-pajjiż għadu kemm kellu żewġ elezzjonijiet importanti – dawk tal-Par lament Ewropew u talKun silli Lokali. Qabel ma saru dawn l-elezzjonijiet bdiet tidwi li hemm ħafna li mhumiex se jivvotaw.
Iżda din, tista’ tgħid, ma ttiħdietx biżżejjed bis-serjetà mill-partiti b’mod speċ jal għall-fatt li fl-aħħar elezz joni ġenerali kien hemm turnout u distakk qawwi. Dan kien żball kbir. Żball li għalih hemm prezz qares x’jitħallas.
Dan għax fil-fatt, perċentwal sostanzjali mill-votanti għażlu li jew ma jiġbrux il-vot tagħhom, jew min ġabru xorta waħda ma vvotax, jew għażlu kandidat indipendenti, jew inkella b’ribeljoni għal raġunijiet varji, għaddew messaġġ b’vot invalidu. Huma proprju dawn il-ħafna voti li qegħdin insemmu fil-verità rriżultaw li huma l-aktar voti validi
Qegħdin ngħidu dan għas-semp liċi raġuni li dawn il-Maltin u l-Għawdxin b’assenza, taħżiża, kitba, vot vojt jew għażla alternattiva, urew li huwa l-elettorat li jagħżel lill-mexxejja tiegħu.
Huwa l-elettorat li jagħti s-setgħa u l-fakultà ta’ tmexxija. Huwa l-elettorat li finalment għandu l-vera saħħa. Il-messaġġ minn dawn il-voti rriżulta li kien wieħed qawwi – dak li l-poplu mhuwiex kuntent u li ‘aħna ntellgħukom u aħna nniżlukom’.
Minn dawn l-elezzjonijiet hemm x’wieħed jagħrbel sew. Il-partit politiċi ewlenin issa jafu li hemm ħafna xogħol xi jsir.
Dan ix-xogħol irid isir mit-tnejn li huma għax realment, f’dawn l-elezzjonijiet, ebda partit ma jista’ jgħid li kellu rebħa. Bir-riżutati miksuba wieħed ma jistax ma jinnotax li hemm periklu ta’ effett domino. Li jaqa’ wieħed u jinżlu ħafna jekk mhux kollha. L-elet- torat m’għadux aħmar jew blu sal-mewt. Tgħallem isegwi u jagħżel dak li għalih iħoss li huwa l-aħjar.
Huma dawn in-nies li l-Gvern u l-Oppożizzjoni jridu jaraw kif se jikkonvinċu bil-manifest elettorali tagħ hom. Il-bidla fit-tmexxija ta’ ċerti Kunsilli Lokali se tkun ta’ prova u indikazzjoni ta’ kemm il-kandidati Nazzjonalisti se jmexxu sewwa.
Lelet torat, b’mod partikolari l-floating voters u dawk li riedu jgħaddu messaġġ bil-vot tagħhom f’dawn l-elezzjonijiet, se jkunu qegħdin iseg wu, jistudjaw u jagħrblu.
Imbagħad jagħmlu l-għażla tagħhom. Din l-għażla se tkun importanti ħafna u aktar għax se ssarraf fit-tmexxija tal-pajjiż għal ħames snin ta’ wara. Quddiem dan nemmnu li hemm opportunità ta’ bidliet pożittivi. Ilpar titi politiċi jridu jaraw kif b’ħidmiet hom, bi kliemhom u b’għemilhom jerġgħu jnisslu fiduċja fl-elettorat.
Fiduċja għal Malta aħjar b’pop lu kuntent. Jekk din il-fiduċja tinkiseb, żgur li se jkollna inqas voti “mitlufa”. Għaldaqstant, wieħed ma jistax jiċħad li huma effettivament dawn il-voti li wieħed għandu jitfa’ aktar attenzjoni u ħidma fuqhom. Dan għax, il-voti vojta, mhux użati, invalidi jew alternattivi, huma fil-verità l-aktar voti validi bħalissa.