Thursday, December 26, 2024

“Waħda mit-tagħlimiet ewlenin ta’ din il-gwerra hija li tkun kapaċi tiġġieled b’riżorsi limitati”

Il-Kaptan tal-Iskwadra Ukrena

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky jemmen li l-armata Russa qed tintensifika l-attakki tagħha fuq il-belt ta’ Bakhmut bil-għan li r-Russi jaħkmuha taħt idejhom propju ftit jiem qabel l-ewwel anniversarju mill-bidu tal-gwerra Russo-Ukrajna.

L-armata Russa ilha għal dawn l-aħħar sitt xhur li ffukat il-mira tagħha fuq Bakhmut – belt li tinsab fil-Lvant tal-Ukrajna u li l-President Ukren jiddeskriviha bħala “l-fortizza tal-Ukreni”.

“Appena naqsmu t-triq, naraw il-bombi neżlin faċċata tagħna. Induru kemm nagħtu ħarsa lejn id-duħħan iswed u nkomplu niġru ‘l bogħod … Minkejja li ma nistgħux ngħidu fiċ-ċert jekk l-attakki humiex intenzjonati għalina n-nies tal-belt, kulma ninsabu ċerti minnu hu li ‘Kull ħlejqa f’Bakhmut li kapaċi tagħmel moviment – hijiex suldat jew persuna ċivili — tinsab fil-mira tar-Russi’”.

Għalkemm it-temperaturi taħt iż-żero mhumiex qegħdin jgħinu, kif ukoll in-nuqqas ta’ munizzjon, Bakhmut għadha taħt il-kontroll tal-forzi Ukreni: “Waħda mit-tagħlimiet ewlenin ta’ din il-gwerra hija li tkun kapaċi tiġġieled b’riżorsi limitati,” jisħaq il-Kaptan tal-Iskwadra Ukrena, Mykhailo.

Ekonomija

Sport