Sunday, November 24, 2024

Wales jieħdu sehem għall-ewwel darba wara 64 sena

Aqra wkoll

Illum fit-8.00 pm Wales jiffaċċjaw lill-Istati United minn Grupp B, b’dan il-konfront għandu l-importanza tiegħu fejn xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji ta’ kull team.

L-Istati Uniti kisbu post fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja wara li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika tal-CONCACAF, quddiem il-Costa Rica bid-differenza ta’ goals minkejja li tilfu magħhom fl-aħħar partita bl-iskor ta’ 2-0. 

Din se tkun il-11-il dehra tal-Istati Uniti fl-istorja tat-Tazza tad-Dina u l-ewwel waħda mill-2014. Huma lagħbu fl-ewwel edizzjoni tat-tournament fl-1930 u spiċċaw fit-tielet post, li sal-lum kienet l-aqwa pożizzjoni tagħhom.

Wales ikkwalifikaw għall-ewwel Tazza tad- Dinja tagħhom f’64 sena wara li għelbu lill-Ukraj­na fil-play-off bl-iskor ta’ 1-0, wara li spiċċaw it-tieni fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni tagħhom wara l-Belġju. 

Dan it-tournament se jkun biss it-tieni dehra tagħhom tat-Tazza tad-Dinja, bl-ewwel waħda tkun fl-1958 fejn waslu sal-kwarti-finali.

Din se tkun logħba ewlenija għall-fatt li minħabba li l-Ingilterra huma l-favoriti li jirbħu l-grupp, rebħa tista’ tindika min se jispiċċa fit-tieni post.  

Għal din il-partita, Luca de la Torre jista’ jiġi utilizzat bħala sostitut wara li rkupra minn injury fil-hamstring. 

Għal Wales, Joe Allen reġa’ qiegħed jittrenja ħafif wara injury fil-hamstring u teżisti probabbiltá kbira li ma jkunx involut f’din il-partita biex imbagħad ikun disponibbli kontra l-Iran. 

Sport