Minħabba ħsarat tekniċi li l-Awtorità m’għandhiex kontroll fuqhom, Transport Malta qiegħda tavża li s-servizzi li jingħataw mill-A3 Towers, Triq l-Arkata, Raħal Ġdid huma sospiżi temporanjament.
Is-servizzi mill-uffiċini ta’ Triq Pantar, Ħal Lija qegħdin jingħataw b’mod normali.
Filwaqt li skużaw ruħhom għal kull inkonvenjent, Transport Malta spjegat li qiegħda tagħmel dak kollu possibbli mal-kuntrattur li inċidentalment ikkawża l-qtugħ tas-servizzi mill-uffiċini f’Raħal Ġdid biex dawn jiġu lura għan-normal mill-aktar fis.
Din in-notifika tibqa’ fis-seħħ sakemm jinħareġ avviż ieħor.