Jidher li Cristiano Ronaldo mhux se jilgħab aktar għal Manchester United hekk kif il-kampjonati waqfu minħabba t-Tazza tad-Dinja biex imbagħad kull team fil-Premier League jilgħab żewġ logħbiet qabel ma f’Jannar li ġej jerġa’ jiftaħ is-suq tat-trasferimenti.
Dan minħabba li l-attakkant Portugiż żvela r-rabja tiegħu lejn il-club waqt intervista li għamel ma’ Piers Morgan fuq il-media soċjali.
Ronaldo beda biex qal li huwa jħossu ttradut mill-club hekk ġie mġiegħel diversi drabi biex jitlaq minn Old Trafford.
F’Awwissu li għadda, huwa kien wiegħed li kien qed jistenna ż-żmien biex jgħid il-veritá dwar it-trattament li ngħata wara li huwa naqas li jingħaqad ma’ club li qed jieħu sehem fil-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League.
Meta mistoqsi jekk il-ġerarkija tal-United kinitx qed tipprova ġġiegħlu jitlaq mill-club, Ronaldo wieġeb: “Iva, mhux biss il-coach, Erik ten Hag, iżda tnejn jew tliet diriġenti oħra. Ħassejtni ttradut.”
Meta reġa’ ġie mistoqsi jekk eżekuttivi anzjani tal-club kienu qed jippruvaw jagħmlu minn kollox biex Ronaldo “jitkeċċa”, il-player ta’ 37 sena qal: “Ma jimpurtanix. In-nies għandhom jisimgħu l-verità.
“Iva, ħassejtni ttradut u ħassejt li diversi ma jridunix hawn, mhux biss din is-sena iżda anke s-sena li għaddiet.”
F’dawn l-aħħar jiem, Ronaldo ma lagħabx minħabba li kien ma jiflaħ mindu kien captain tal-United fit-telfa ta’ 3-1 kontra Aston Villa, fis-6 ta’ Novembru.
Aktar qabel huma ma kienx magħżul għal-logħba kontra Chelsea meta ttieħdu passi dixxiplinari kontra tiegħu wara li rrifjuta jidħol bħala sostitut fir-rebħa ta’ 2-0 kontra Tottenham Hotspur, tlett ijiem qabel.
“Jien ma għandi l-ebda rispett lejn Ten Hag għax huma ma għandu l-ebda rispett lejja. Jekk ma jkollokx rispett lejja, qatt ma jien ser ikolli rispett lejk.”
Ronaldo tkellem ukoll dwar it-telfa ta’ ibnu t-tarbija f’April u kemm kien kommoss meta l-partitarji tar-rivali eterni ta’ Liverpool taw ġieh lit-tarbija fil-partita li l-United lagħbu f’Anfield ftit jiem wara.
Fis-seba’ minuta tal-partita (l-istess numru li jilbes Ronaldo), il-partitarji ta’ Liverpool kantaw l-innu “You’ll Never Walk Alone” bħala solidarjetá mal-familja Ronaldo fl-aktar mument diffiċli li kienet għaddejja minnu.
“Naħseb li l-partitarji għandhom ikunu jafu l-verità. “Irrid l-aħjar għall-club … għax inħobb lil dan il-club
“Minn meta l-ex manager, Sir Alex Ferguson telaq, ma rajt l-ebda evoluzzjoni fil-club. Xejn ma kien inbidel.
“Inħobb lil Manchester United, inħobb lill-partitarji, huma dejjem fuq in-naħa tiegħi. Imma jekk iridu jagħmluha differenti … iridu jibdlu ħafna, ħafna affarijiet.”
Ronaldo jgħid li l-fehma tiegħu dwar il-club hija kondiviża minn Ferguson, li kien kruċjali fir-ritorn tiegħu f’Old Trafford mingħand Juventus meta deher li seta’ jingħaqad ma’ Manchester City.
“Hu jaf aħjar minn ħaddieħor li l-club ma jinsabx fit-triq li tant jixraqlu li jkun,” żied Ronaldo.
“Huwa jaf. Kulħadd jaf. In-nies li ma jarawx dan … huwa għax ma jridux jaraw … huma għomja.”
Huwa tkellem ukoll fuq l-eks sieħbu, Ole Gunnar Solskjaer, li kien manager tal-United meta l-Portugiż irritorna mal-club qabel ma ġie sostitwit minn Ralf Rangnick u mbagħad il-coach attwali, Ten Hag.
Dwar Rangnick, Ronaldo qal: “Jekk lanqas biss int coach, kif se tkun il-manager ta’ Manchester United? Jien qatt ma kont smajt bih.”
Wayne Rooney ikkritika l-aġir ta’ Ronaldo filwaqt li l-internazzjonali Portugall ikkritika wkoll lill-eks attakkant tal-Ingilterra.
“Ma nafx għalfejn jikkritikani daqshekk ħażin … aktarx għax spiċċa l-karriera tiegħu u għadni qed nilgħab f’livell għoli,” qal Ronaldo.
“Mhux ser ngħid li qed nidher aħjar minnu. Li hu minnu…”