Saturday, December 21, 2024

Wara 20 sena miż-żwieġ tibdel il-ġeneru minn maskil għal femminil … iż-żwieġ ikun maħlul

Aqra wkoll

Quddiem il-Qorti tal-Familja ngħatat sentenza fejn koppja li kienu żżewġu 27 sena ilu u li minnu kien hemm żewġ ulied, b’deċiżjoni tal-Qorti ġie maħlul dak l-istess żwieġ. Fost ir-raġunijiet kien hemm li dik li persuna minnhom bidlet il-ġeneru tagħha minn maskil għal femminil.

Mid-deċiżjoni tal-Qorti joħroġ li l-partijiet  iżżewwġu f’nofs is-snin disgħin u li minn dan iż-żwieġ twieldu żewġt itfal. F’xhieda li ngħatat intqal li dan iż-żwieġ ma rnexxiex u l-kontendenti sseparaw legalment. Intqal li waħda mill-persuni  kienet biddlet il-ġeneru tagħha fis-sena 2016 u dan ġie rifless fiċ-ċertifikat tat-twelid tagħha fis-sens li minn maskil jidher femminil.

Il-Qorti qieset li ma hemm ebda prospett raġonevoli ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-partijiet u li huma ssodisfaw r-rekwiżiti kollha meħtiega mil-liġi sabiex ż-żwieġ jiġi maħlul.

Ekonomija

Sport