“Fl-aħħar waslet il-ġurnata tiegħi! Wara 4 xhur ta’ sagrifiċċju u xogħol iebes jiena uffiċjalment Uffiċjal Korrettiv.”
Hekk qalet Roxanne Spiteri, waħda mir-rekluti l-ġodda li ħadu l-ġurament tagħhom bħala uffiċjali korrettivi. Hija qalet tinsab tassew kburija b’dan kollu u kburija wkoll li qed tilbes l-uniformi tal-ħolm tagħha.
F’ċerimonja qasira, b’kollox kien hemm 37 rekluta li ħadu l-ġurament bħala uffiċjali korrettivi.
Għal din iċ-ċerimonja attendew ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja u s-Segretarju Taqsima Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi Theo Vella fuq stedina tal-Kap Eżekuttiv tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin Robert Brincau.
It-Taqsima tal-GWU pubblikament irringrazzjat lill-amministrazzjoni tal-aġenzija għall-istedina, filwaqt li ferħet u awgurat l-ħidma t-tajba lis-37 Uffiċjali ġdid. Hija rringrazzjat bil-quddiem tal-ħidma li se jkunu qed iwettqu għall-pajjiż.