Saturday, October 26, 2024

Wara 550 tifel u tifla kien ordnat biex ma “jiffertilizzax” aktar nisa

Aqra wkoll

Olandiż ġie ordnat biex jieqaf “jiffertilizzax” aktar nisa wara li kellu 550 tifel u tifla madwar id-dinja. Ir-raġel hu wieħed mill-aktar persuni li offra l-ispera tiegħu biex ħafna nisa joħoġu tqal.

Jonathan li għad għandu 41 sena jista’ jeħel multa ta’ €100,000 jekk “jagħti” sperma oħra lil xi mara. Hu kien jagħmel dan b’donazzjoni. Fl-2017, hu kien ordnat mill-awtoritajiet Olandiżi biex ma jagħtix aktar spermi fil-pajjiż wara li kien hemm 100 mara li ħarġu tqal minnu.

Iżda minkejja din l-ordni hu kien insista li se jibqa’ joffri l-ispera tiegħu biex ikollu aktar tfal. Fil-fatt hu beda joffri dan is-servizz online biex issa għandu tfal madwar id-dinja kollha.

Il-Qorti ta’ The Hague talbet lir-raġel biex jipprovdi lista tal-kliniċi li għad għandhom l-isperma tiegħu biex b’hekk tingħata ordni biex dawn jinqerdu.

Fil-Qorti intqal li jista’ jkun li r-raġel “taqqal” aktar minn 550 mara, iżda mhux aktar minn 600. Kelliem għal Qorti qal li dan ilu għaddejja b’din is-sistema mill-2007 u issa ħafna tfal qegħdin jipprovaw min hu missierhom. “Anke wliedu stess qegħdin jipprovaw isibu lil ħuthom li għandhom madwar id-dinja,” qal il-kelliem.

Sport