Sunday, December 22, 2024

Wara aktar minn xahar il-bdiewa fl-Indja jkompli jokkupaw highways fi New Delhi f’turija ta’ protesta

Aqra wkoll

Għexieren ta’ eluf ta’ bdiewa komplew jikkampjaw fil-highways ta’ New Delhi fl-Indja, xi ħaġa li ilhom jagħmlu għal ġimgħat sħaħ, hekk kif komplew jitolbu lill-awtoritajiet tal-pajjiż biex ineħħu liġijiet li huma jaħsbu li se twassal għal domnju ta’ kumpaniji fis-settur tal-biedja.

Il-bdiewa komplew jokkupaw il-highways ta’ New Delhi minkejja li l-kapitali tal-pajjiż irrekordjat l-iktar jum kiesaħ tas-sena.

It-temperatura niżlet għal 1.1 Grad Celsius, l-inqas temperatura reġistrata f’dawn l-aħħar 15-il sena.

Il-kundizzjonijiet ħorox tat-temp madankollu ma naqqsux mid-determinazzjoni tal-bdiewa li komplew iżommu sodi fit-talbiet tagħhom, l-istess bħalma ilhom għal dawn l-aħħar 35 jum.

Il-gvern federali qed jisħaq li l-liġijiet il-ġodda tal-biedja se jkunu qed iżidu d-dħul għall-bdiewa minħabba li jagħti l-possibbiltà lil korporazzjonijiet kbar biex jixtru direttament mingħandhom mingħajr il-ħtieġa ta’ aġenti.

Ekonomija

Sport