Saturday, November 23, 2024

Wara l-għoti tal-maskri lill-anzjani… issa qed iqassmulhom ukoll xirjiet

Aqra wkoll

Wara li ftit tal-ġimgħat ilu l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar ħarġet bl-idea li tħit il-maskri tal-wiċċ għall-anzjani partitarji tagħha, issa ħasset li għandha tkompli tikkontribwixxi b’modi oħra.

Fil-fatt, din l-għaqda mużikali ħabbret fuq il-midja soċjali li issa qiegħda wkoll tqassam xirjiet b’xejn lill-anzjani u anke lil persuni vulnerabbli oħra f’Ħaż-Żabbar. 

Spjegaw li dan qed isir grazzi għal ftehim li bħala għaqda non-governattiva leħqu mal-Malta Food Bank Foundation. 

L-għaqda qalet li se tkompli tagħmel ħilitha biex tgħin lill-komunità Żabbarija. 

Sport