Sunday, December 22, 2024

Wara l-ħtif ta’ Lysychansk Vladimir Putin ħeġġeġ lill-armata biex tkompli bl-offensiva

Aqra wkoll

Wara li l-armata Russa rebħet il-belt ta’ Lysychansk, il-President Russu Vladimir Putin ordna lill-Ministru tad-Difiża biex ikompli bl-offensiva fl-Ukrajna. Huwa sejjaħ lill-forzi tiegħu biex ikomplu jippersistu ħalli jintlaħqu l-għanijiet “li kienu diġà approvati”. Bir-rebħa ta’ Lysychansk, issa jfisser li r-reġjun ta’ Luhansk jinsab totalment f’idejn ir-Russi. 

Iktar kmieni, il-Gvern Reġjonali, Ukren Serhiy Haidai, kien qal li t-truppi Ukreni abbandunaw il-belt ta’ Lysychansk biex b’hekk il-militar Russu ma jkomplix jibbumbardja mill-bogħod u jik­kawża iktar ħsara u sofferenza milli diġà saret. Haidai qal li issa s-suldati Ukreni rtiraw lejn pożizzjonijiet fortifikati ġodda, filwaqt li tenna li kienet ta’ weġgħa ta’ qalb kbira li l-Ukrajna kellha ċċedi Luhansk lir-Russi. Iżda huwa qal li din hija biss telfa ta’ battalja waħda u mhux il-
gwerra. 

Fid-dawl ta’ dan, huwa talab lill-pajjiżi tal-Punent biex jipprovdu l-armi neċessarji biex b’hekk l-Ukrajna tkun tis­ta’ twaqqaf l-offensiva Russa. 

Ekonomija

Sport